![]() |
Appell lil-Poplu |
Fl-Okkazzjoni tal- 50 sena
Anniversarju mit-Tqeghid ta'
L-Ewwel Gebla tar-Rotunda
4 ta' Mejju 1952
|
Il-Knisja il-qadima (ritratt mehud fl-4 ta' Mejju 1952) |
|
Appell li l- kleru tax-xewkija ghamel lill-poplu wara d-diskors kommoventi li l-arcipriet Dun Guzepp Grech ghamel fil-Knisja fl-1948. Dan l-Appell tqassam lill-famiji kollha Xewkin kemm fix-Xewkija u kemm barra mix-Xewkija. Xewkin, Ix-xewqa li ilha bosta snin tittormenta il-qlub taghkom ser tigi mwettqa. Ahna mexxejja taghkom, ghandna l-pjacir li ngharrfukom ufficjalment li x-Xewkija ser ikollha Knisja Gdida!. Ghaldaqstant inhossu l-bzonn li nistednukom tifirhu maghna ghaliex illum sejra tibda parti gdida fl-istorja tar-rahal taghna. Il-knisja li ghandna attwalment ghalkemm ghaziza ghaliex fiha tghammidna, fiha rcevejna l-ewwel darba s-sagramenti u forsi fiha ircevejna s-sejha ghall-istat li hadna, saret wisq ckejkna ghall-poplu taghna li kull sena qieghed jizdied b'kotra kbira. Ghalkemm ftit ta' snin ilhu giet imkabbra, l-ispazju li gie akkwistat, ghal-lum forsi bizzejjed, wara ftit ta' snin ohra ikun zghir huwa wkoll. Mill-banda l-ohra, hija wisq baxxa u zmattata. allura kien hemm bzonn li wiehed jara x`jaghmel. Ghaldaqstant malli l-Arcipriet il-gdid taghna Dun Guzepp Grech ha pussess ta' din il-Parrocca. L-ewwel hsieb taghna kien li nhollu l-problema tal-knisja. Imma ahna gharafna li sabiex dan il-problema jigi mahlul kif imiss kien hemm bzonn li jigi mismuh il-poplu. Ghalhekk hassejna l-bzonn li nersqu lejkom nitkellmu ma' kwalunkwe klassi taghkom biex naraw liema hija l-fehma u x-xewqa taghkom. Staqsejnikom jekk tridux li nirrangaw il-knisja li ghandna jew nibnu wahda gdida, l-ghajta ta' kwazi kulhadd kienet dina: "Ma nzidux pjaga fuq ohra; nibnu knisja gdida!". Din l-ghajta ma kienitx gdida. Kienu ghajtuha qabilkom missierijietna meta bosta snin ilu giet imraqqa ghall-ewwel darba il-knisja li ghandna. Irrepetewha hutna l-kbar meta ftit snin ilu giet irrangata ghat-tieni darba. Billi s-siegha kienet ghadha ma waslitx dina l-ghajta ma gietx mismughha. Imma issa s-siegha waslet: l-ghajta taghkom messet ilii-qlubna, ghamilniha il-vuci t'Alla, u ppruvajna nikkuntentawkom. Hdimna malajr, imma segretament, il-pjanta, u issa ghandna l-pjacir li nghidulkom li hija lesta u li l-lum sejrin nipprezentawha pubblikament fuq il-bieb ta' dan it-tempju. Kull min kellu x-xorti jaraha qabilkom baqa' mghaggeb bil-gmiel taghha! Il-"Knisja l-Gdida" sejra tinbena skond ix-xewqa taghkom b'forma tonda u l-istil taghna ser ikun barokk modifikat. Hija ser tokkupa l-ipazju tal-knisja tal-lum, tal-kappella tan-Nazzarenu u tac-Cimiteru. Id-dijametru estern ser ikun ta' 117 il-pied u l-intern ta' 115. It-tul taghna ser ikun ta; 123 pied, il-wisa ta' 116 u l-gholi tal-koppla ta' 170 pied. Ser ikollha kapacita' li tesa' 2,000 ruh bilqeghda u 4,000 bil-wieqfa. Hawnhekk ma huwiex possibli li nghamlulkom deskrizzjoni ta' dan it-tempju, biss nghidulkom li ser ikun tant kbir u sabieh li jkun verament dehen ta' l-akbat fost il-Qaddisin. Issa, o Xewkin, l-unur taghna u l-imhabba lejn il-Battista jitobu minnha zewg affarijiet: L-ewwel, li din il-knisja ma tibqax biss fil-pjanta imma ssir ukoll realta' billi tibda tinbena, it-tieni, li jekk nibdewha ma nieqfux qabel inlestuha. Ma hiex forsi dina x-xewqa taghkom! Imma biex nghamlu dawn iz-zewg affarijiet hemm bzonn li jsiru hafna talb u hafna sakrificci. Hemm bzonn li kulhadd jghin ruhu kif jista' u mill-ahjar li jista'. Ghaldaqstant ahna illum nappellaw ghall-generozita taghkom ilkoll, o Xewkin , prezenti u mhumiex, li tghammru fostna jew il-boghod minnha mifruxin ma' l-Amerika u ma' l-Awstralja, it-tama taghna wara f'Alla u fil-Battista hija fikom. Aghtuna l-ghajnuna taghkom. Jekk inthom tirrispondu ghall-Appell taghna b'dik il-manjiera li nistennew minkom ahna nweghdukom li f'20 sena taraw kompluta x-xewqa taghkom - Viva l-Battista!
|
|
L-Appell li gie mqassam |
Lura ghal Pagna Principali | Lura ghal Pagna ta' Radju Prekursur