![]() |
Diskors ta' Dun Guzepp Grech |
Fl-Okkazzjoni tal- 50 sena
Anniversarju mit-Tqeghid ta'
L-Ewwel Gebla tar-Rotunda
4 ta' Mejju 1952
|
Dun Guzepp Grech |
|
Diskors tal-Arcipriet Dun Guzepp Grech li sar fil-knisja Arcipretali ta' San Gwann Battista fis-sena 1948 meta huwa ta l-ahbar li qala' l-permess biex tinbena knisja gdida. Gheziez huti u mahbubin uliedi, Illum nistedinkom sabiex tifthu qalbkom u tisimghuni b'attenzjoni kbira, ghaliex illum mhux il-fomm li qieghed jitkellem, imma l-qalb, qalb imfawwra b'imhabba sinciera lejkom bhala ulied mahbubin tieghi u lejn il-Protettur taghna San Gwann Battista li baghatni hawn fostkom ghall-gharrieda u poggieni bhalha raghaj taghkom. Il-Poplu tax-Xewkija mindu gie San Pawl f'Malta u mindu twaqqfet ir-Religjon Nisranija fil-gzejjer taghna, mill-ewwel ghazlu lil San Gwann Battista bhala Protettur tieghu u ghalih hallew gidhom u sahhithom kollha u ghamlu sagrificcji kbar sabiex juru l-imhabba taghhom lejh. Missirijietna minn 40 sena 'l hawn dejjem kienu jixtiequ li jwaqqfu fix-Xewkija tempju famuz ghall-glorja t'Alla u ad unur ta' San Gwann Battista; imma qatt ma rnexxielhom , ghaliex minhabba xi diffikultajjiet, l-isqfijiet qatt ma taw permessi biex jinbena tempju gdid u ghalhekk missirijetna kienu jinfexxu jaghmlu festi kbar fit-twelid tieghu - imma wara l-festa, b'ghafsa ta' qalbi kienu jghidu, "tajjarna hafna flus fix-xejn u ahna biss ma ghandniex knisja kif tixraq lil Alla u lil San Gwanna Battista". Issa l-Isqof presenti Mons.Guzeppi Pace billi ra li l-poplu tax-Xewkija kiber wisq u lahaq fuq 3,500 u qieghed jizdied b'100 ruh fis-sena ra li din il-knisja hija wisq zghira ghall-poplu u taghmel x'taghmel ikun kollu ghal xejn ghaliex il-poplu qatt ma jkun servut sewwa. Ghalhekk issa l-isqof qalilna: "ibdew igbru l-flus sabiex meta jkollkom somma sabiha tigi mitmuma x-xewqa taghkom u tal-antenati u tibdew knisja gdida. Wasal iz-zmien li nibdew il-hidma taghna. Kull min ghandu kuragg, volonta tajba u pront ghas-sagrificcju wasal fejn ried. Nistenna minnkom li kulhadd ighin ruhu bit-talb, bix-xoghol u bil-flus biex fl-inqas zmien possibli x-xewqa ta' missirijietna u taghna tkun mitmuma. Jiena naf li ahna pronti biex naghmlu sagrificcji kbar ghall-Protettur taghna San Gwann Battista ghaliex ismu huwa mnaqqax fil-qalb taghna, ismu huwa ghasel fuq xofftejna, ismu huwa armonija f'widnejna li jimla bil-ferh u l-paci lill-qalbna. Alla baghtni fostkom mhux biex nghix paxxut u nsir sinjur, imma biex nahdem ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' ruhkom, specjalment taz-zghazagh u ta' dawk li huma
mbeghdin minn Alla bid-dnub. Inweghdkom li rrid inhalli sahhti kollha, il-gid li nakkwista u mmut vittma ghall-gid ta' dan ir-rahal li huwa ssigillat f'qalbi b'sigill ta' mhabba li ma tistax tithassar u tintesa - l-anqas fid-dinja l-ohra. Jiena fuq din l-art ma nippretendi xejn ghat-thabit tieghi,
ghaliex ta' din l-art kollox jispicca fix-xejn u jhalli warajh imrar. Jiena nixtieq biss li Alla jsalvali ruhi u ma' tieghi jsalva taghkom ukoll. Ghalhekk ghinuni hallu naghmlu knisja gdida kif tixraq lil San Gwann Battista. Alla maghna, San Gwann ighinna u kollox nisperaw li jirnexxi sewwa. Mela, kuragg!. |
|
Parti mill-pjanta tar-Rotunda |
Lura ghal Pagna Principali | Lura ghal Pagna ta' Radju Prekursur