Introduzzjoni

Fl-Okkazzjoni tal- 50 sena 
Anniversarju mit-Tqeghid ta' 
L-Ewwel Gebla tar-Rotunda 
4 ta' Mejju 1952


 

Dun Anton Grima

Dun Guzepp Grech

 

Fit-8 ta' Mejju, 1946, griet bhal lehha ta berqa max-Xewkija kollha li x-Xewkija ghandha Arcipriet gdid. Wara ezami li sar fil-Palazz tal-Isqof fil-Belt Victoria r-Rev. Dun Guzepp Grech mill-Belt Victoria gie maghzul bhala Arcipriet-Kugitur tax-xwejjah Arcipriet Dun Anton Grima bi dritt ghas-successjoni futura wara l-mewt tieghu. Ir-Rev. Dun Guzepp Grech ha dan il-pussess fil-11 ta' Awissu tal-istess sena.

Fl-ewwel diskors tieghu, huwa wera x-xewqa tieghu li jibni knisja gdida li tkun komda u kbira ghall-poplu kollu. Huwa qal: "Il-hsieb ewlieni tieghi huwa li nithabat kemm niflah biex nissodisfa x-xewqa ta dan il-poplu li ilu snin twal jithabat biex jibni knisja akbar mill-qadima li saret zghira wisq ghall-poplu"

Il-mewt tal-Wisq Rev. Arcipriet Dun Anton Grima li grat fl-20 ta' Jannar, 1947 hasdet lil kulhadd. Kien hemm ftit tal-interval fl-ippjanar tal-bidu tal-knisja l-gdida, sakemm fid-9 ta' Frar, 1947, ha l-pussess bhala Arcipriet-Kappillan tal-Parrocca tax-Xewkija l-Arcipriet-Kugitur, il-Wisq Rev.Dun Guzepp Grech li mill-ewwel ta ruhu u gismu ghall-bini tal-knisja l-gdida.

Wara hafna tahbit sabiex qala' l-permess kemm mill-Awtoritajiet Ekklesjastici u kemm civili specjalment minhabba l-iskultura antika tal-knisja l-qadima, l-Arcipriet il-gdid flimkien mal-kleru, ghazlu lil Perit u Disinjatur is-Sur Guze' Damato biex jaghti bidu ghal pjanta ta' knisja gdida li kellha tigi mtella' madwar il-knisja l-qadima sabiex il-poplu jibqa' servut sewwa.

Il-pjanta nghogbot minn kulhadd u kull Xewki medd ghonqu ghal din l-opra qaddisa.


Il-Perit Guze' Damato

 


Lura ghal Pagna Principali | Lura ghal Pagna ta' Radju Prekursur