![]() |
Tqeghid ta' |
Fl-Okkazzjoni tal- 50 sena
Anniversarju mit-Tqeghid ta'
L-Ewwel Gebla tar-Rotunda
4 ta' Mejju 1952
|
|
|
l-Arcipriet il-wisq Rev Dun Guzepp Grech flimkien mall-kleru meddew ghonqhom ghax-xoghol. Il-pjanti tal-knisja l-gdida gew afdati f'idejn il-perit is-Sur Guze' Damato P.E.P li laqa' bil-ferha din l-istedina. Huwa wieghed li jibni knisja Tonda madwar il-qadima sabiex il-poplu juza l-qadima sakemm tkun lesta l-gdida. Il-flus bdew jingabru iktar milli wiehed kien jahseb, tant illi l-Ecc. Tieghu Mons. Isqof Guzeppi Pace meta ra dik il-hegga kollha ta' l-permess sabiex jibda x-xoghol. L-ippjanar tal-knisja nbeda fis-19 ta' Novembru 1951, madwar il-knisja l-qadima li nbniet fl-1665. Il-gebel kien jinqata' mill-barriera msejha "tal-Bur" limiti ta' Ghajnsielem. Din il-barriera tal-gebel hazin wara ftit taz-zmien. Wara nfethet barriera ohra fi Triq Sant Elizabetta, Sannat. Din spiccat wkoll ghax ma tatx rizultati tajbin. Il-gebel imbghad ingarr mill-barrieri tal-Gharb li baqghu jservu lill-knisja sal-ahhar. Ma tintesa qatt ic-cerimonja tat-tqeghid tas-salib fit-3 ta' Mejju, 1952, fil-post fejn jitla' l-bini tal-kor tal-knisja l-gdida wara li gie mdawwar processjonalment mat-toroq ewlenin tax-Xewkija u c-cerimonja tal-4 ta' Mejju, 1952, jum it-tqeghid tal-ewwel gebla tar-Rotunda.
Dak in-nhar kull Xewki, kif ukoll ghadd kbir ta' hutna Ghawdxin u Maltin, kienu migbura madwar l-Isqof l-Arcipriet u s-Sacerdoti taghna biex jixhdu u jifirhu bi grajja hekk kbira. Fuq il-bjut ma kont tilmah hlief bnadar jperrpru, waqt li bil-lejl ir-rahal kien huggiega wahda bil-fjakkoli u bid-dawl elettriku. Il-faccata tal-knisja l-qadima kienet mixeghla wahda, waqt li gewwa l-knisja nharget l-istatwa famuza u artistika ta' San Gwann Battista, xoghol tal-iskultur Pawlu Azzoppardi li nhadmet fl-1845. Sahansitra s-sigra awrikarja li kienet tiddomina l-misrah ewlieni u li kienet gholja xi 80 pied giet imdawla ghall-ewwel darba b'lampi kuluriti - dehra ghall kollox gdida ghal Ghawdex. Ir-rahal kollu qieghed jisfoga l-ferh imheggeg tieghu, ghaliex fl-ahhar intemmet ix-xewqa kbira li minn generazzjoni shiha kellu ghall-bini ta' knisja gdida. Fuq il-bieb principali tal-knisja tpoggiet dina l-iskrizzjoni: Illum, Il-Erbgha ta' Mejju tas-sena 1952 L-Ecc tieghu gie milqugh trijonfalment minn ghadd ta' zghazagh fuq il-"motor cycles" u ohajn fuq iz-zwiemel li skurtaw il-karozza mill-Palazz Veskovili sax-Xewkija. Fejn il-Mithna Ottagonali, mibnija fi zmien il-Gran Mastru Perellos, fost id-daqq tal-Banda Cittadina "Leone" u l-evviva ta' numru bla ghadd ta' nies, il-karozza giet migbuda bil-hbula sal-pjazza. Fil-5.30 p.m. l-Ecc tieghu Mons Isqof beda c-cerimonja tat-tqeghid ta' l-ewwel gebla. Il-parrinijiet kienu l-Kaptan Orazju Mizzi u l-ahwa Magro, li kull wiehed minnhom offra s-somma ta' Lm 500 spejjes ta' kolonna tal-ferro konkrit. Ix-xhieda kienu l-Kav.Edgar Montanaro, Kummissarju ta' Ghawdex, Dr. Anton Tabono, Suprindendent ta' Victoria "Hospital", is-Sur Lorezo Zammit Haber, is-Sur Karol Galea tal-Pax Flour Hills u l-maghruf habrieki Arkitett is-Sur Guzeppi Damato li f'idejh ha x-xoghol rinomat tar-Rotunda.
Wara li qieghed u bierek din il-gebla li kienet tizen tunnellata, Mons. Isqof pogga gewwa hofra f'din l-ewwel gebla xi muniti tal-fidda u deheb, xi medalji tal-qaddisin u tubu tal-hgieg li fih kien hemm il-parcmina li tfakkar it-tqeghid ta' l-ewwel gebla li tghid: "Biex tizdied il-Glorja t'Alla u l-Qima tikber bejn il-Patrun Taghna Tkompla mbaghad it-tberik tal-pavimenti kollha tar-Rotunda. Fl-ahhar Mons. Isqof ghamel diskors sabih tac-cirkostanza, fejn hu fahhar din l-opra hekk monumetali u kolossali f'Ghawdex. Hu spicca billi qal "li minn hawn u ftit snin ohra, terga' ssir cerimonja isbah u iktar ferrieha li fiha l-poplu Xewki ghad jiltaqa' gewwa
l-kobor spazzjuz u sabih tal-Knisja Rotunda u mhux bhal-lum fil-berah u r-rih ghall-Konsagrazzjoni tal-Rotunda". |
|
|
Lura ghal Pagna Principali | Lura ghal Pagna ta' Radju Prekursur