"Irrid li taghtini malajr fi platt ras Gwanni l-Battista." Mark 6:25
Pittura tal-qtugh ir-ras ta' San Gwann li tinsab fil knisja tar-Rotunda fix-Xewkija.


Insiru nafu lil Gwanni

Gwanni icanfar (Mark 6:17-20)
Gwanni fil-habs (Mattew 11:2-11)
Il-Martirju (Mark 6:21-29)

L-Erba' persunaggi tal-Martirju
1. Gwanni
2. Erodi
3. Erodiade
4. Salome

Erodi min kien?

Ikklikkja  fuq wahda minn dawn il-kliem biex taqra iktar fuqu.



1. Gwanni icanfar   (Mark 6:17-20)


1. Erodi, kien baghat 'il Gwanni u ghalqu l-habs minhabba Erodja, mart Filippu, huh ghax kien izzewwigha.
2. Kien jghidlu Gwanni lil Erodi: “ma tistax izzomm 'il mart huk.” Erodja bejtitu f'qalbha u riedet toqtlu, imma ma setghetx.
3. Ghax Erodi kien jibza' minn Gwanni, billi kien jaf li kien ragel sewwa u qaddis, u kien izommu fil-ghassa: u meta kien jisimghu kien jibqa' hosbien hafna, u kien jisimghu bil-qalb.

2. Gwanni fil-habs  (Mattew 11:2-11)


1. Meta fil-habs Gwanni sema' fuq l-ghemejjel ta' Kristu, baghat lid-dixippli tieghu jghidulu: “Int hu li ghandu jigi jew nistennew iehor?”
2. Wiegeb Gesu' u qalilhom: “Morru habbru lil Gwanni dak li tisimghu u taraw: il-ghomja jaraw, iz-zopop jimxu, l-imgiddmin ifiqu, it-torox jisimghu, il-mejtin iqumu, lill-imsieken tithabbar l-ahbar it-tajba: u imbierek min ma jitfixkilx minhabba fija.”
3. X'hin dawk telqu Gesu' qabad jghid lill-gmieghi fuq Gwanni: “Xi hrigtu taraw fid-dezert? Qazba imxejjra mar-rih? Imma xi hrigtu taraw? Profeta? Iva, nghidilkom u aktar minn profeta.
4. Dan hu li fuqu hu miktub: “Ara, jien nibghat il-habbar tieghi qablek, hu jhejjilek it-triq quddimek.”
5. Nghidilkom is-sewwa, ma qam hadd fost l-imweldin min-nisa akbar minn Gwanni il-Battista: Imma l-izghar fis-saltna tas-smewwiet hu akbar minnu.

3. Il-Martirju  (Mark 6:21-29)


1. Mela wasal il-waqt meta Erodi, fil-jum li ghalaq sninu, ghamel ikla lill-kbarat tieghu, lill-ufficcjali tieghu u lil ewlenin tal-Galilija.
2. X'hin dahlet bint Erodja nfisha u zifnet, daqs kemm ghogbot lil Erodi u lill-mistednin, qal is-Sultan lit-tfajla: “Itlobni dak li trid, u naghtihulek, imqar nofs is-saltna tieghi.”
3. Harget u qalet lil ommha: “X'nitlob?” Qaltilha: “Ras Gwanni l-Battista.” U minnufih dahlet bil-ghagla quddiem is-sultan u talbitu u qaltlu: “Irrid li taghtini malajr fi platt Ras Gwanni l-Battista.”
4. Sewwed qalbu s-sultan, imma minhabba l-halfa u l-mistednin ma riedx jikser kelmtu.
5. Baghat malajr ghassies u ordna li jgib rasu.
6. Mar, qataghlu rasu fil-habs u giebha fi platt u taha lit-tifla, u t-tifla taghtha lil ommha.
7. Malli semghu d-dixxipli tieghu, gew refghu 'l gismu u qeghduh f'qabar.




L-Erba' persunaggi tal-Martirju

1.Gwanni
2.Erodi
3.Erodiade
4.Salome




A.       GWANNI HU:

1. Predikatur tal-verita'. Huwa dejjem perikoluz li ccanfar tirann! U Gwanni f'isem Alla jcanfar u jehodha kontra t-tirann u d-dnub tieghu u b'hekk huwa kien qed jikteb il-kundanna tieghu nnifsu.

2. Difensur tal-fedelta' taz-zwieg “l-Ewwel Diefensor Vinculi”. Defensur tar-Rabta taz-zwieg.

3. Minghajr rispett uman u bla biza'. Il-bniedem t'Alla ixandar il-Messagg t'Alla, jiddeffendi l-unur t'Alla u l-kmandamenti t'Alla akkost ta' kollox.

4. Jehodha kontra l-hazen u d-dnubiet ta' zmienu. Anke Erodi kien izommu gust u qaddis (ara San Mark Kap 6 Vers 20)

5. San Gwann laqqat hafna tghajjir. Ghajruh li kellu demonju (ara San Mattew 2; 18) ghax kien isum sawm ahrax.

6. Kien ifittex biss l-ewwel l-INTERESSI T'ALLA. 1) La jbati mill-biza, la 2) mir rispett uman 3) u lanqas mill-ucuh tan-nies.

7. Il-Pamphlet “KILLED FOR HIS CONDOUR” jghid li San Gwann gie maqtul ghall-bjuda tieghu. ghas-safa' tieghu.

B.     GWANNI U KRISTU JIXXIEBHU.

8. L-istoriku JOSEPHUS fil-ktieb tieghu “ANTIQUITIES OF THE JEWS”   jghid li Elizabbetta u Marija kienu kugini, u bejn Gwanni u Kristu kien hemm xebh anki fil-persuna . Infatti wara li Gwanni kien maqtul, u Kristu beda jippriedka Erodi haseb li dan kien l-ispirtu tal-Battista li rega' qam mill-mewt.

9. Kristu u Gwanni jixxiebhu mhux biss fit-twelid u fil-hajja izda wkoll fit-tbatija.

1) IT-TNEJN GHEXU GHALL-VERITA, IPPREDKAW IL-VERITA, U MIETU MINHABBA
IL-VERITA.
2) IT-TNEJN KIENU ARRESTATI U MITFUGHIN FIL-HABS.
3) IT-TNEJN MIETU MEWTA VJOLENTI, MEWTA HARXA;
-Gwanni rasu maqtugha                       -Kristu imsallab ma salib

 

C.      XI BNIEDEM KIEN?

Gwanni kien:

i. bniedam ta' kuragg.- Jippreferi li jmut milli jiskot

ii. bniedem ta' kuxjenza – Hadd ma jista' jsikket il-lehen tal-kuxjenza,

iii. bniedem t'Alla – kien il-profeta t'Alla, il-lehen t'Alla li jxandar il-messagg ta' Alla. U profeta irid ikun lest dejjem li jhalli rasu taht mannara. Hajtu u xortih qeghdin f'idejn Alla.

iv. Bniedem kontra l-kurrent. Ma mexiex mal-kurrent. Sfida d-dnub u l-vizzji ta' zmienu u mhux ittiehed jew ingarr maghhom.

D.    IL-MARTIRJU

1. Gwanni huwa l-ewwel qaddis ikkanonizzat minn Kristu nnifsu: “fost dawk li twieldu minn nisa, hadd ma qam akbar minn Gwanni l-Battista.”

2. Ta xhieda: MHUX BI KLIEMU BISS IZDA ISSIGILLA KLIEMU B'DEMMU. L-Martirju huwa l-aqwa Prova tal-kredibilita ta' Kristu u tar-Religjon tieghu.

3. Mal-bjuda tas-safa Gwanni ghandu il-hmura tal-Martirju.

4.Gwanni miet ghall-Kristu qabel Kristu miet ghalih. Il-Martri l-ohra mietu qabel Kristu xerred demmu ghalihom. Imma Gwanni xerred demmu ghall-Kristu, qabel Kristu ma xerred demmu ghal Gwanni.

erodi.jpg (3471 bytes)

A. ID-DJUFIJA TA' ERODI

Erodi kien bniedem dghajjef. Kien dghajjef ghax ma ammettiex l-izball tieghu u biddel hajtu. Meta halef lil Salome li jaghtiha kull ma titolbu, imbghad beza' li ma jzommx kelmtu. Aktar beza' mic-canfir ta' martu, milli mic-canfir tal-Profeta t'Alla u mill-ksur tal-ligi t'Alla. Aktar beza' mill-kritika tal-mistednin milli mit-tingiz tal-kuxjenza tieghu. Din id-djufija kienet il-bidu tar-rovina tieghu.

B. IL-KARATTRU TA' ERODI

Erodi kien tahlita ta' karattru. Avolja Gwanni canfru kien jibza minn Gwanni u jirrespettah, u kien joqghod jisimghu. Avolja midneb, il-kelma ta' Gwanni kienet tinfidlu qalbu.

C. IL-KUXJENZA TA' ERODI KIENET TNIGGZU

Id-dnub ma jorqodx. Il-kuxjnza tieghu qatt ma kienet kwieta. Ma kellux il-paci tal-qalb. Anke wara li qatel lil Gwanni kien imbezza u meta qalulu li hemm Kristu qed jippriedka, haseb u beza' li kien l-Ispirtu ta' Gwanni li rega' qam mill-mewt. Dan juri li ghall-midneb ma hemmx paci. Il-Passjoni taghmi lil bniedem. Erodi prova ta' dan. Il-Passjoni mhux biss iggeghlek titlef il-fidi izda ukoll ir-raguni. Id-dnub igib RIMORS, BIZA', DWEJJAQ. U kif jghidu dnub iwaqqghek f'iehor. Ghalhekk Erodi ghamel sensiela ta' vizzji.

D. ID-DIFFERENZA BEJN ERODI U GWANNI

Erodi u Gwanni it-tnejn tilfu rashom. Id-differenza kienet wara minn tilfuha? Erodi tilef rasu wara mara u tilef kollox. Gwanni tilef rasu ghall-Kristu u wara Kristu…. U sab DAK LI HU KOLLOX.

E. ERODI KIEN IVVIZJAT

Erodi kien dghajjef. Ghax min ikun ivvizzjat ikun dghajjef. L-akbar trux hu min ma jridx jisma'. L-akbar marid hu min ma jridx jammetti il-marda.

   ERODIADE kienet ir-Rovina ta' Erodi, f'kull sens.

   Kellha erba' htijiet kbar:

1. Kienet mara sfrattata, laxka u infidila. Jigifieri ma kienitx serja u ma kienitx fidila lejn il veru zewgha, u sfrattat u kissret zewg familji, il-familja vera taghha u l-familja ta' Erodi, li kecca lil martu biex dahhal lilha.

2. Kienet mara ghajjura u vendikattiva. Ma strahitx qabel ma vvendikat ruhha minn San Gwann, talli kellu l-kuragg icanfarha.U talli webbset rasha, ghoddsot aktar fid-dnub u fil-hama.

3. Kienet lesta li tinqeda b'kollox basta tasal ghall-iskop ta' rasha - jigifieri li toqtol lil San Gwann Profeta t'Alla. U ma kienitx kuntenta li dinbet hi. Izda fid-dnub u fid-delitt taghha dahhlet ukoll lil bintha Salome.
Hija ma kienet tiskrupla minn xejn. U kienet lesta li tasal ghal kollox. Bhalha ommha qatt ma mesha cappset lil bintha fid-delitt taghha - il-qtil ta San Gwann. Erodija riedet issikket il-lehen tal-kuxjenza. Allura kellha taqta' ir-ras ta' Gwanni li kien canfirha.

4.  Minn dak l-att ta' infedelta, ara kemm konsegwenzi koroh hargu;

i) gie il-qtil ta' Gwanni
ii) U fl-ahhar waslet ir-rovina tieghu stess
IL-MARA HAZINA IRVINATU.



Tfajla bejn 16 u 17 il-sena.

- Tfajla sfrattata, li halliet il-frughat tad-dinja ikarkruha.

- Id-danza li zifnet kixfet li hi ta' morali baxxa.

- Nistghu nghidu li harget tixbah lil ommha Erodiade.

- Meta tfajla titlef il-gawrha tas-safa u l-modjesta, taqa' hi u twaqqa' lil haddiehor.

- Hi twissija ghaz-zaghzagh ta' zmienna. Meta kollox mhu xejn allura kollox isir permess u tasal ghal kollox.


Erodi min kien ?

Erodi l-kbir li kien qatel it-tfal innocenti fit-twelid ta' Kristu, kien mizzewweg kemm id-darba u kellu bosta tfal. Fosthom kellu tnejn. Erodi li l-Vangelu sejjahlu Filippu. Dan kien mizzewg lil Erodiade li kellha tifla jisimha Salome. Dan Erodi Filippu kien jghix go villa f'Ruma. L-iehor kien jismu Erodi Antipas, li huwa Erodi ta' zmien Gwanni. Dan Erodi Antipas darba mar-Ruma, u thajjar ghal Erodiade, mart huh Filippu, hadielu u mar biha lura fil-Gudea.
Dan Erodi Antipas kien diga mizzewweg lit-tifla tar-Re tan-Nabatin, post fl-Arabja. Ghalhekk Erodi kecca lil din il-mara, bint tan-Nabatin biex jizzeweg lil Erodiade.

Dak li ghamel Erodi Antipas, jigifieri li ha l-mara ta' huh Filippu, kien skandlu kbir, skandlu pubbliku. Dan kien ksur gravi tal-ligi ta' Mose, li hi l-ligi ta' Alla. Ghalhekk San Gwann bi qlubija kbira canfru:" Ma tistax tiehu l-mara ta' huk." Gwanni canfru ghall-hajja immorali u disonesta' tieghu. Dan kien adulterju.

Forsi ghalhekk Kristu qal kelma daqshekk iebsa fuq Eodi: "morru ghidu lil dak il-volpi...." ghaliex il-hajja ta' Erodi kienet mimlija inganni, hajja mharbta, mghawga u mhassra bil-vizzju.

Id-dnub ma jhallikx kwiet. Erodi hekk gralu. Minhabba li Erodi kecca lil vera mara tieghu, gibed fuqu il-qilla ta' Aretas, missier il-mara vera tieghu. Dan Aretas, re Gharbi, iddispjacih ghall-insult li Erodi ghamel lil bintu. Ghalhekk Aretas ghamel gwerra kontra Erodi. U filfatt Erodi garrab telfa kbira. Il-kittieb storiku JOSEPHUS, fil-ktieb “Antiquities of the Jews” jghid li l-Lhud ta' zmienu ammettew li din it-telfa ta' Erodi kien kastig gej minn Alla ghal dak li Erodi ghamel kontra Gwanni maghruf bhalha l-Battista.

Il-hajja immorali u r-rabta tieghu ma' Erodiade ma gabitlux hlief trouble lil Erodi. Erodiade baqghet tinfluwenza lil Erodi matul hajtu kollha. Ghadda iz-zmien u fuq it-tron ta' Ruma tela' Imperatur Caligula. Dan l-Imperatur ta' l-Provincja lil wiehed familjari ta' Erodi jismu Agrippa, u L-Imperatur ta lil Agrippa it-titlu ta' Re. Din il-haga li mliet lil Erodiade b'ghira kbira. Hi harget u gaghlet lil Erodi biex imur Ruma bl-armata u jitlob lil Imperatur Caligula biex lilu ukoll jaghtih it-titlu ta' Re. Ghax Erodiade dahhlet f'rasha li hi riedet tissejjah Regina. Erodiade qatlu; “IMXI MMORRU RUMA U MA NOQGHODUX LURA.” Akkost ta'kollox, akkost li jkollna naghtu fidda u deheb, hemm bzonn li l-Imperatur jaghtik Saltna u jaghtik it-titlu ta'Re. Erodi kien ghazzien. Ma kellux aptit jiehu azzjoni, u beza li l-Imperatur Caligula jiehdu fuq demm id-dras, jiehu ghalih u jaqla' xi trouble. Minhabba it-twerzieq ta' Erodiade telaq bl-armata lejn Ruma.

X'gara? Agrippa baghat javza lill-Imperatur Caligula. Baghat messaggier lilll-Imperatur fejn akkuza lil Erodi bl-armata tieghu, ser jahbat u jattakka lil Ruma, u ser jirvilla kontra Ruma. L-Imperatur emmen dawn l-akkuzi foloz ta' Agrippa. X'ghamel l-Imperatur? Sahan u hataf il-Provincja minn idejn Erodi bil-flus kollha taghha u taha lil Agrippa.L-Imperatur kecca lil Erodi u eziljah f'pajjiz imbieghed. Martu Erodiade marret mieghu u spiccat hajjitha mieghu.


Hekk spicca hajtu Erodi. Li gralu kollu ghax tilef rasu wara mara. Kien tort ta' Erodiade:

a. Li Erodi tilef xortih
b. Tilef il-paci tal-qalb
c. Tilef is-saltna
d. U spicca hajtu eziljat u mkecci

 

TAGHLIMA:

Id-dnub qatt ma jgib risq. Il-midneb igib il-gebla fuq saqajh. Illum jew ghada id-dnub igib il-qerda fuqek stess. Ma kienitx gurnata li Erodi kien iltaqa fiha ma Erodiade

 



Designing & Hosting


Back To Radio Prekursur HomePage